Untitled Document

Il- Fjuretti ta’ San Pawl

San Pawl Missierna itlob l-Alla għalija. Agħtini l-għajnuna li għandi bżonn biex inlesti dawn l-erba’fjuretti li sejra ngħamel biex tiżżejjen l-istatwa sabieħa u majestuża tiegħek. Din it-talba kont ngħida ta’ spiss għax xi drabi kont inħoss li kien impossibli li jirnexxili nlesti dan il-proġett fil-ħin.

Kien fil-bidu ta’ Frar, meta kont għadni qed nispiċċa l-fjuretti għan-niċċa tal Beata Adeodata Marija Pisani, meta rċevejt telefonata min għand Fr. Joseph Cilia, il-kappillan ta’ San Pawl il-Baħar: Hu qalli li xtaq ikellimni fuq xi fjuretti. Ma’ tantx domt naħsibha biex immur  niltaqa’ miegħu.

L-appuntament kien għal wara li tispiċċa l-quddiesa ta’ tmienja u nofs fis-sagristija tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar.
 
Kont ili ħafna snin ma’ nidħol ġo din il-knisja, fil-fatt kont ili ma’nidħol minn mindu kont tifla. Matul ix-xhur tas-sajf, meta konna nkunu bil-vaganzi, jien u l-kuġin konna ngħaddu s-sajf  man-nannna ġo dar mill l-isbaħ ftit l-isfel mill-knisja. Kien żmien sabieħ, żmien li ma’ ninsieh qatt għal ħafna raġunijiet. Kont ta’spiss noqod ħdejn in-nanna Gużeppina hi u taħdem ix-xogħol ta’ l-idejn, bizzilla, rakkmu u kif ukoll il-Ganutell.

Minnufiħ indunajt bil-bidla kbira li saret f’din il-knisja. Verament knisja kbira, imdawwla u fuq il-ġebla sabieħa Maltija. Wasalt għal ħabta tad-disa’ wara li kienet spiċċat l-aħħar quddiesa. Dħalna fis-sagristija u bla dewmin wara li ħadna b’idejn xulxin, il-kappillan qalli x’kienet ix-xewqa tiegħu. Fr Cilia ma’tantx ilu wisq kappillan ta’ din il-parroċċa u wieħed mill proġetti li jixtieq iwettaq huwa li jagħti dehra ġdida l-istatwa ta’ San Pawl.

Il-biċċa xogħol li fdali f’idejja Fr. Cilia, kienet biċċa xogħol ta’ ħsieb, impenn kbir u perseveranza. Għalkemm wieħed ikollhu l-esperjenza, jibqa l-fatt li lanqas biss tista tkun taf kemm hu kbir  l-impenn qabel ma’ ikollok l-ewwel fjurett lest. Mhux faċli taħdem biċċa xogħol bħal din u taħdimha waħdek. Fuq kollox kelli nogħqod fuq li rajt biss mir-ritratt ta’ l-istatwa li hemm imdendel fis-sagristija. L-istatwa kienet għand ir-restawratur u kelli nara sew x’kuluri se nagħżel.  Fr. Joe semmili xi kuluri: l-aħmar, l-aħdar… Qalli biss “Inħalli f’idejk”. Għalkemm inkun qed nistenna li dak li jkun jgħidli hekk, minn naħa l-oħra r-responabbilta taqa kollha fuqi.

Tista tgħid li kullħadd u kull ħaġa għandha l-istorja partikolari tagħha, hekk ukoll għandhom l-istorja tagħhom dawn l-erba’ fjuretti. Bdejt bill lestejt id-disinn fuq il-karta. Kont deċiża li l-fjuri kollha kellom ikunu fjuri tal-Molla. Ippruvajt nikkalkula l-ammont ta’ fjuri li kelli bżonn biex inkun nista nixtri l-materjal kollhu mill-ewwel.  Kelli bżonn ħafna materjal li ġibthu kollhu mill-Ġermanja. Il-Boullion huwa ta’ qwalita tajba ħafna u l-fosos huma kollha Zwarovski.  Ħsibt li bi ftit aktar minn mija ikun nista nlesti fjurett. Fill-fatt kelli bżonn mija disa’u erbgħajn (149) barra mill-girlanda, li għalaqt il-fjurett biha, u li għandha tletin (30) fjura maħdumin bil-boullion tad-deheb.

Iddeċidejt li d-deheb ikun importanti, fil-fatt kull fjura hija mżewqa bid-deheb. L-aħmar, l-isfar u l-kannella kienu l-kuluri li għażilt. Issa kien baqa’ l-aħdar. Għażilt ix-charteuse. Dan l-aħħar kulur għalkemm aħdar,  huwa aħdar partikolari. Kont attenta ħafna li nżomm bilanċ bejn dawn il-kuluri biex l-ebda kulur ma’ jiddomina fuq l-ieħor.

Kull meta nkun qed nibda fjurett għal quddiem xi statwa, dejjem nibda bil-ġilju, sewwa bħala tradizzjoni u sewwa għax il-ġilju hija fjura sabieħa u għanda ħafna dettal. Din id-darba, qabel il-ġilju għamilt bukket żgħir ta’ disa’ fjuriet ta’kulur isfar ċar ħafna. Wara kien imiss il-ġilju. Għoxrin fjura safra b’dettal ta’ l-għaġeb.
Dan id-dettal jinsab fin-nofs tal-fjura.
Il-Pistil tan-nofs hu magħmul minn tlett biċċiet wire  miksijin b’ħajt aħdar, imbagħad tajthom il-forma bil-pinzetta.
L-iStamen, li joddu sitta, waħda għal kull petala, huma mgħamulin bil-boullion fuq il-wire tad-deheb ta’0.2mm . Sitt petali fuq il-molla tad-deheb biex tkun kompluta din il-fjura mill-isbaħ.

Żammejt l-istess prinċipju għall-kull fjura li għamilt, sew kif naħdimha u sew kif inżejjinha. Deheb għall-ewwel layer u petali tal-kulur għal-layers l-oħra. Għan-nofs ta’ kull fjura, żejjint fossa kulurita dejjem skont il-kulur tal-ħajt. Barra mill-fjuri tal-girlanda ta’ taħt, kull fjura għandha tnax il-petala. Ħames petali maħdumin bil-boullion tad-deheb ta’ 0.5mm u seba’ petali tal-molla mimlija bil-ħajt aħmar, isfar, kannella jew charteuse.

Hamsa u għoxrin fjura minnhom, li huma akbar mill-oħrajn, għandhom ħamsa u għoxrin petala, sbatax tal-kulur u tmienja tad-deheb. Il-fosos ta’dawn il-fjuri huma ikbar minn ta’ l-oħrajn, fill fatt huma ta’ ħdax- il millimetru. Dawn l-aħħar fjuri kbar ħdimthom fl-aħdar u l-kanella. Kif qed taraw fir-ritratt dawn il-fjuri huma sbieħ u l- kannella jgħamilhom verament jidrhu eleganti. Il-fossa hija l-istess kulur tal-ħajt u mdawra bil-boullion ta’4mm biex tgħati dehra isbaħ. L-ewwel seba’petali huma Teardrop, u taħthom hemm tminn petali tad-deheb u għall-aħħar layer hemm għaxar petali oħra tal-ħajt.

Kont qrobt in-nofs tal-fjurett meta ridt naħdem fjura b’dettal daqsxejn differenti minn ta’ l-oħrajn. Għazilt l-aħmar bħala kulur.
Żejjint il-fossa u dawwartha b’għaxar ċrieki tad-deheb. L-ewwel sitt petali ħdimthom b’żewġ kuluri, deheb u  ħajt aħmar.It-tmin petali tat-tieni layer għamilthom waħda deheb u l-oħra ħamra. Kif tistgħu taraw l-istess priċipju iżda b’dettal differenti.

Għaddew kwazi sitt ġimgħat ta’ xogħol bla’ waqfin qabel ma’ kien imisni naħdem l-aħħar dawra tal-fjurett. Ridt nspiċċa bid-deheb biex nikkumplimenta l-vasun indurat, li għadu kemm ġie rrestawrat.  Spiċċajt il-fjurett b’għaxar bukketti  ta’ tlett fjuriet żgħar għall kull wieħed. Din id-darba l-petali huma mimlijin differenti mis-soltu għax huma mimlijin vertikali. Għan-nofs użajt lewlu tal-ħġieġ aħdar. Tlett ċriki ta’ għaxar lewliet f’kull ċirku għal kull fjura. Tassew tlett fjuriet ħelwin. Kull bukkett żejjinthu b’ħames werqiet sbieħ.

Il-weraq kollha huma mgħamulin mill-karta taz-zokkor. Wara li jinxfu bizbugħin biż-żeba ta’l-acrylic. Fihom ħafna xogħol u ħaduli ħafna ħin. Tista taħseb xi trid tal-ħin biex tgħamel elfejn mija u tmienja u erbgħin (2148)werqa għall-erbgħa fjuretti.

Irrid ngħid li nħossni sodisfatta għall-aħħar u irid ukoll nirringrazzja minn qalbi lil Fr. Joseph Cilia għal dan il-proġett biex tissebbaħ l-istatwa ta’San Pawl.

Grazzi San Pawl għax tajtni l-għajnuna lit tant kont nitolbok.